Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0526

    Kawża C-526/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel Brussel (il-Belġju) fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Uber Belgium BVBA vs Taxi Radio Bruxellois NV, partijiet oħra: Uber NV et

    ĠU C 429, 21.12.2015, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 429/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel Brussel (il-Belġju) fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Uber Belgium BVBA vs Taxi Radio Bruxellois NV, partijiet oħra: Uber NV et

    (Kawża C-526/15)

    (2015/C 429/13)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank van koophandel Brussel

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Uber Belgium BVBA

    Konvenuta: Taxi Radio Bruxellois NV

    Intervjenjenti: Uber NV et, Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Belgische Federatie van Taxis, Nationale Groepering van Ondernemingen met Taxi- en Locatievoertuigen met Chauffeur VZW

    Domanda preliminari

    Il-prinċipju ta’ proporzjonalità, sanċit fl-Artikolu 5 TUE u fl-Artikolu 52(1) tal-Karta (1), flimkien mal-Artikoli 15, 16 u 17 tal-Karta u mal-Artikoli 28 u 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni bħal dik prevista mill-Ordonnantie van het Brusselse Hoofstedelijk Gewest van 27 april 1995 betreffende de taxidiensten voor het verhuren van voertuigen met vervoerder (digriet tar-Reġjun Brussell-Kapitali, tas-27 ta’ April 1995, dwar is-servizzi ta’ taxis u s-servizzi ta’ kiri ta’ karozzi bix-xufier), interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “servizzi ta’ taxis” japplika wkoll għat-trasportaturi individwali mhux imħallsa li jipprattikaw ir-ride sharing (trasport kondiviż) billi jaċċettaw talbiet għal trasport offruti lilhom permezz ta’ applikazzjoni ta’ softwer tal-impriżi Uber BV et, stabbiliti fi Stat Membru ieħor?


    (1)  ĠU 2010, C 83, p. 389


    Top