This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0388
Case C-388/15: Request for a preliminary ruling from the Raad van State (Belgium) lodged on 17 July 2015 — Denis Malcorps and Others v Vlaams Gewest; other party: Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen
Kawża C-388/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kunsill tal-Istat (Raad van State, il-Belġju) fis-17 ta’ Lulju 2015 – Denis Malcorps et vs Ir-Reġjun Fjamming (Vlaams Gewest); il-parti l-oħra fil-proċedura: Awtorità portwali muniċipali ta’ Antwerp (Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen)
Kawża C-388/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kunsill tal-Istat (Raad van State, il-Belġju) fis-17 ta’ Lulju 2015 – Denis Malcorps et vs Ir-Reġjun Fjamming (Vlaams Gewest); il-parti l-oħra fil-proċedura: Awtorità portwali muniċipali ta’ Antwerp (Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen)
ĠU C 354, 26.10.2015, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 354/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kunsill tal-Istat (Raad van State, il-Belġju) fis-17 ta’ Lulju 2015 – Denis Malcorps et vs Ir-Reġjun Fjamming (Vlaams Gewest); il-parti l-oħra fil-proċedura: Awtorità portwali muniċipali ta’ Antwerp (Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen)
(Kawża C-388/15)
(2015/C 354/21)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Il-Kunsill tal-Istat
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Denis Malcorps, Myriam Rijssens, Guido Van De Walle.
Konvenut: Ir-Reġjun Fjamming
Intervenjenti: L-Awtorità portwali muniċipali ta’ Antwerpen
Domanda preliminari
Il-pjan reġjonali ta’ implementazzjoni tal-iżvilupp jinkludi fih regoli ta’ ppjanar ta’ natura leġiżlattiva li jipprovdu li l-iżvilupp ta’ żoni (iktar preċiżament assenjati għall-impriżi portwali u marbuta mal-passaġġi tal-ilma, ma’ park loġistiku, mal-infrastrutturi tal-passaġġi navigabbli u mal-infrastrutturi tat-toroq u ta’ trasport) li fihom jinsabu riżorsi naturali (żoni ta’ tip ta’ habitat naturali jew habitat ta’ speċi li għalihom ġiet iddikjarata ż-żona speċjali ta’ konservazzjoni/żona ta’ protezzjoni speċjali kkonċernata) li jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ konservazzjoni taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni/żoni ta’ protezzjoni speċjali kkonċernati, huwa biss possibbli wara l-ħolqien ta’ habitat sostenibbli f’żoni b’qalba ekoloġika (li huma inklużi fiż-żona Natura 2000) u wara deċiżjoni tal-Gvern Fjamming, adottata wara opinjoni bil-quddiem mill-amministrazzjoni Fjamminga kompetenti fil-qasam tal-konservazzjoni tan-natura, li tikkonstata s-suċċess tal-ħolqien sostenibbli taż-żoni ta’ importanza ekoloġika, liema deċiżjoni għandha tkun inkluża fl-applikazzjoni għal permess ta’ ppjanar relattiv għall-implementazzjoni tal-faċilitajiet imsemmija iktar ’il fuq.
Dawn ir-regoli ta’ ppjanar u l-iżvilupp pożittiv taż-żoni ta’ importanza ekoloġika previsti minnhom jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-eventwali konsegwenzi sinjifikattivi u/jew fl-evalwazzjoni xierqa, konformement mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “Habitats” (1), jew għandu jiġi kkunsidrat li dawn jistgħu jikkostitwixxu biss “miżuri kumpensatorji” fis-sens tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva “Habitats”, sa fejn il-kundizzjonijiet iffissati minn din id-dispożizzjoni jkunu ġew sodisfatti?
(1) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).