Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0387

    Kawża C-387/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fis-17 ta’ Lulju 2015 – Hilde Orleans et vs Vlaams Gewest; il-parti l-oħra: Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen

    ĠU C 354, 26.10.2015, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 354/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fis-17 ta’ Lulju 2015 – Hilde Orleans et vs Vlaams Gewest; il-parti l-oħra: Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen

    (Kawża C-387/15)

    (2015/C 354/20)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hilde Orleans, Rudi Van Buel, Marina Apers

    Konvenuta: Vlaams Gewest

    Intervenjenti: Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen

    Domanda preliminari

    Il-pjan ta’ implementazzjoni tal-iżvilupp reġjonali (GRUP) jinkludi regoli tal-ippjanar li jipprevedu li l-iżvilupp ta’ żoni (allokati b’mod iktar preċiż lill-impriżi portwali u marbuta mal-passaġġi tal-ilma, ma’ park loġistiku, mal-infrastrutturi tal-passaġġi li jistgħu jitbaħħru u mal-infrastrutturi tat-toroq u tat-trasport) li fihom hemm riżorsi naturali (żona ta’ tip ta’ habitat naturali jew habitat ta’ speċi li għalihom ġiet indikata ż-żona speċjali ta’ konservazzjoni/żona ta’ protezzjoni speċjali kkonċernata) li jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ konservazzjoni taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni/żoni ta’ protezzjoni speċjali kkonċernati, huwa possibbli biss wara l-ħolqien ta’ habitat sostenibbli f’żoni ta’ importanza ekoloġika (indikati fiż-żona Natura 2000) u wara deċiżjoni tal-Gvern Fjamming, adottata wara opinjoni preliminari tal-amministrazzjoni Fjamminga kompetenti fil-qasam tal-konservazzjoni tan-natura, li tikkonstata s-suċċess tal-ħolqien sostenibbli taż-żoni ta’ importanza ekoloġika, liema deċiżjoni għandha tinstab fit-talba għal permess ta’ ppjanar dwar l-iżvilupp tal-faċilitajiet imsemmija iktar ’il fuq.

    Dawn ir-regoli tal-ippjanar u l-iżvilupp pożittiv taż-żoni ta’ importanza ekoloġika li dawn jipprevedu jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-eventwali effetti sinjifikattivi u/jew fl-evalwazzjoni xierqa, skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “Habitats” (1), jew għandu jiġi kkunsidrat li dawn jistgħu jikkostitwixxu biss “miżuri kumpensatorji” fis-sens tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva “Habitats”, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti minn din id-dispożizzjoni ġew sodisfatti?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).


    Top