Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0380

    Kawża C-380/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Baleares (Spanja) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Francisca Garzón Ramos u José Javier Ramos Martín vs Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A. u Intercotrans S.L.

    ĠU C 354, 26.10.2015, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 354/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Baleares (Spanja) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Francisca Garzón Ramos u José Javier Ramos Martín vs Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A. u Intercotrans S.L.

    (Kawża C-380/15)

    (2015/C 354/16)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Provincial de Balears

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Francisca Garzón Ramos u José Javier Ramos Martín

    Konvenut: Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A. u Intercotrans S.L.

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 698(1) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili Spanjol, sa fejn jipprekludi, f’kull każ, lill-qorti adita b’rikors normali għall-annullament ta’ titolu eżekuttiv milli tissospendi provviżorjament il-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja bbażata fuq dan l-istess titolu li huwa meqjus null, huwa konformi mal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1)?

    2)

    Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li d-dispożizzjoni tad-dritt Spanjol hija inkompatibbli mal-Artikolu [47] tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari dik stabbilita fis-sentenza Sánchez Morcillo u Abril García (C-169/14) (2) tista’, għalhekk, tiġi trasposta għall-kawża preżenti?


    (1)  ĠU 2000 C 364, p. 1.

    (2)  EU:C:2014:2099.


    Top