This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0238
Case C-238/15: Request for a preliminary ruling from the Tribunal administratif (Luxembourg) lodged on 22 May 2015 — Maria do Céu Brangança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga v Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
Kawża C-238/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit-22 ta’ Mejju 2015 – Maria do Céu Bragança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
Kawża C-238/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit-22 ta’ Mejju 2015 – Maria do Céu Bragança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
ĠU C 254, 3.8.2015, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 254/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit-22 ta’ Mejju 2015 – Maria do Céu Bragança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
(Kawża C-238/15)
(2015/C 254/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria do Céu Bragança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga
Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
Domanda preliminari
Il-kundizzjoni imposta fuq l-istudenti li ma jirrisjedux fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu mill-Artikolu 2a tal-Liġi tat-22 ta’ Ġunju 2000 dwar l-għajnuna finanzjarja tal-Istat għal edukazzjoni ogħla, kif miżjuda mil-Liġi tad-19 ta’ Lulju 2013, bl-esklużjoni ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe kriterju ta’ rabta, jiġifieri li wieħed ikun wild ta’ ħaddiema li kienu impjegati jew li eżerċitaw l-attività tagħhom fil-Lussemburgu għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin fil-mument tat-talba għall-għajnuna finanzjarja, hija ġġustifikata mill-kunsiderazzjonijiet ta’ politika tal-edukazzjoni u ta’ politika baġitarja invokati mill-Istat Lussemburgiż, u xierqa, rispettivament ipproporzjonata meta mqabbla mal-għan li jrid jintlaħaq, jiġifieri li dan l-Istat ifittex li jinkoraġġixxi ż-żieda fil-proporzjon tal-persuni li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla, filwaqt li jfittex li jiggarantixxi li dawn il-persuni, wara li jkunu bbenefikaw mill-possibbiltà offruta mill-iskema ta’ għajnuna kkonċernata għall-finanzjament tal-istudju tagħhom, li jkunu saru skont il-każ barra mill-pajjiż, jirritornaw lejn il-Lussemburgu sabiex iqiegħdu l-għarfien li jkunu akkwistaw għas-servizz tal-iżvilupp ekonomiku ta’ dan l-Istat Membru?