Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0124

    Kawża C-124/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Marzu 2015 – Salutas Pharma GmbH vs Hauptzollamt Hannover

    ĠU C 178, 1.6.2015, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 178/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Marzu 2015 – Salutas Pharma GmbH vs Hauptzollamt Hannover

    (Kawża C-124/15)

    (2015/C 178/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Hamburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Salutas Pharma GmbH

    Konvenuta: Hauptzollamt Hannover

    Domanda preliminari

    In-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1777/2001, tas-7 ta’ Settembru 2001 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li pilloli effervexxenti b’kontenut ta’ kalċju ta’ 500 mg f’kull pillola, li jintużaw għall-prevenzjoni u għat-trattament ta’ nuqqas ta’ kalċju u sabiex ikunu ta’ sostenn għal terapija speċjali għall-prevenzjoni u għat-trattament tal-osteoporożi u li d-doża massima ta’ kuljum li hija rrakkomandata għall-adulti indikata fuq it-tikketta hija ta’ 3 pilloli (= 1  500 mg), għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 3004 9000?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

    (2)  ĠU L 240, p. 4.


    Top