EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0117
Case C-117/15: Request for a preliminary ruling from the Landgericht Köln (Germany) lodged on 9 March 2015 — Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH v Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA)
Kawża C-117/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Marzu 2015 – Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH vs Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA)
Kawża C-117/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Marzu 2015 – Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH vs Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA)
ĠU C 198, 15.6.2015, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Marzu 2015 – Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH vs Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA)
(Kawża C-117/15)
(2015/C 198/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH
Konvenuta: Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA)
Domandi preliminari
1) |
Il-kwistjoni tal-eżistenza ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 (1) u/jew fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 (2), għandha dejjem tiġi ddeterminata skont l-istess kriterji, jiġifieri:
|
2) |
F’każijiet bħal dak fil-kawża prinċipali, fejn l-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni jinstalla fil-bini tiegħu apparati ta’ televiżjoni, li jittrażmettilhom sinjal li jippermetti r-riċezzjoni ta’ emissjonijiet ta’ televiżjoni, għandha tiġi evalwata l-kwistjoni ta’ jekk hemmx komunikazzjoni lill-pubbliku skont il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” li jinsab fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jew fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, meta l-emissjonijiet li r-riċezzjoni tagħhom tkun saret possibbli jaffettwaw id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet protetti ta’ numru kbir ta’ partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari kompożituri, awturi ta’ testi mużikali u edituri ta’ mużika, kif ukoll artisti li jinterpretaw jew idoqqu mużika, produtturi ta’ fonogrammi u awturi ta’ testi kif ukoll l-edituri tagħhom? |
3) |
F’każijiet bħal dak fil-kawża prinċipali, fejn l-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni jinstalla fil-bini tiegħu apparat ta’ televiżjoni, li jittrażmettilhom sinjal li jippermetti r-riċezzjoni ta’ emissjonijiet ta’ televiżjoni b’tali mod li l-pazjenti tiegħu jkunu jistgħu jaraw dawn l-emissjonijiet, ikun hemm “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jew fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115? |
4) |
Meta, f’każijiet bħal dak fil-kawża prinċipali, tiġi rrikonoxxuta l-eżistenza ta; komunikazzjoni lill-pubbliku f’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma l-ġurisprudenza tagħha fis-sens li, fil-każ ta’ komunikazzjoni ta’ fonogrammi protetti fil-kuntest ta’ emissjonijiet ta’ xandir indirizzati lil pazjenti fi klinika ta’ dentist (ara s-sentenza tal-15 ta’ Marzu 2012, C-135/10, SCF (3)) jew fi stabbilimenti oħra simili, ma jkunx hemm komunikazzjoni lill-pubbliku? |
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).
(2) Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, p. 28).
(3) EU:C:2012:140.