Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CB0504

    Kawża C-504/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunale di Frosinone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Antonio Paolo Conti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regolamenti tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domandi preliminari identiċi — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ddikjarat bħala inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-konċessjonijiet għall-attività ta’ ġbir ta’ fondi ta’ Pariġi — Organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema permezz ta’ sejħa għal offerti ġdida — Trasferiment b’titolu gratwit tal-użu tal-oġġetti materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-logħob — Restrizzjoni — Raġunijiet impellanti ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

    ĠU C 270, 25.7.2016, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 270/12


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunale di Frosinone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Antonio Paolo Conti

    (Kawża C-504/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regolamenti tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ddikjarat bħala inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-konċessjonijiet għall-attività ta’ ġbir ta’ fondi ta’ Pariġi - Organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema permezz ta’ sejħa għal offerti ġdida - Trasferiment b’titolu gratwit tal-użu tal-oġġetti materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-logħob - Restrizzjoni - Raġunijiet impellanti ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

    (2016/C 270/15)

    Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Frosinone

    Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

    Antonio Paolo Conti

    Dispożittiv

    L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali restrittiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-konċessjonarju tal-logħob tal-ażżard li jittrasferixxi b’titolu gratwit, fil-mument tat-terminazzjoni tal-attività dovuta għall-iskadenza tal-perijodu ta’ konċessjoni, l-użu ta’ oġġetti materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-logħob, sa fejn din ir-restrizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-għan effettivament segwit minn din id-dispożizzjoni, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 406, 7.12.2015.


    Top