EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0616

Kawża C-616/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 132(1)(f) — Eżenzjoni ta’ servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn gruppi indipendenti ta’ persuni — Limitazzjoni għall-gruppi indipendenti li l-membri tagħhom jeżerċitaw numru limitat ta’ professjonijiet)

ĠU C 392, 20.11.2017, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-616/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(f) - Eżenzjoni ta’ servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn gruppi indipendenti ta’ persuni - Limitazzjoni għall-gruppi indipendenti li l-membri tagħhom jeżerċitaw numru limitat ta’ professjonijiet))

(2017/C 392/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Owsiany-Hornung, B.-R. Killmann u R. Lyal, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u K. Petersen, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi llimitat l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud għal gruppi indipendenti ta’ persuni li l-membri tagħhom jeżerċitaw numru limitat ta’ professjonijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


Top