Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0365

    Kawża C-365/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen vs Hauptzollamt Bielefeld (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u tariffa doganali komuni — Rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni — Regolament (KEE) Nru 2913/92 (Kodiċi Doganali) — L-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 241 — Obbligu ta’ Stat Membru li jipprevedi l-ħlas ta’ interessi moratorji saħansitra fl-assenza ta’ rikors quddiem il-qrati nazzjonali)

    ĠU C 70, 6.3.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 70/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen vs Hauptzollamt Bielefeld

    (Kawża C-365/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni - Regolament (KEE) Nru 2913/92 (Kodiċi Doganali) - L-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 241 - Obbligu ta’ Stat Membru li jipprevedi l-ħlas ta’ interessi moratorji saħansitra fl-assenza ta’ rikors quddiem il-qrati nazzjonali))

    (2017/C 070/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen

    Konvenut: Hauptzollamt Bielefeld

    Dispożittiv

    Meta dazji fuq l-importazzjoni, inklużi dazji antidumping, jiġu rrimborsati għar-raġuni li jkunu nġabru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, ikun jeżisti obbligu għall-Istati Membri, li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni, li jħallsu l-interessi relattivi għalihom lill-individwi li għandhom dritt għar-rimbors, liema interessi jiddekorru mid-data tal-ħlas minn dawn l-individwi tad-dazji rrimborsati.


    (1)  ĠU C 328, 5.10.2015.


    Top