This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0763
Case T-763/14: Action brought on 14 November 2014 — Soprema v OHIM — Sopro Bauchemie (SOPRAPUR)
Kawża T-763/14: Rikors ippreżentat fi 14 ta’ Novembru 2014 – Soprema/UASI – Sopro Bauchemie (SOPRAPUR)
Kawża T-763/14: Rikors ippreżentat fi 14 ta’ Novembru 2014 – Soprema/UASI – Sopro Bauchemie (SOPRAPUR)
ĠU C 73, 2.3.2015, pp. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
2.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/38 |
Rikors ippreżentat fi 14 ta’ Novembru 2014 – Soprema/UASI – Sopro Bauchemie (SOPRAPUR)
(Kawża T-763/14)
(2015/C 073/49)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Holding Soprema (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: M. R. Hirsch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sopro Bauchemie GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “SOPRAPUR” Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 977642
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 1370/2013-2
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |