Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0613

    Kawża T-613/14: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Awwissu 2014 – Industrias Tomás Morcillo vs UASI – Aucar Trailer (Polycart A Whole Cart Full of Benefits)

    ĠU C 339, 29.9.2014, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 339/27


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Industrias Tomás Morcillo vs UASI – Aucar Trailer (Polycart A Whole Cart Full of Benefits)

    (Kawża T-613/14)

    2014/C 339/33

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Industrias Tomás Morcillo, SL (Albuixech, Spanja) (rappreżentant: A. Sanz-Bermell y Martínez, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aucar Trailer, SL (Premia de Mar, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 1735/2012-1 u, konsegwentement, tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Aucar Trailer S.L. billi tiddikjara l-validità tal-għoti tat-trade mark Komunitarja Nru 9 6 90  314 (Polycart A Whole Cart Full of Benefits) għall-prodotti mitluba skont ir-restrizzjoni tas-16 ta’ Novembru 2012, billi tiċħad l-oppożizzjoni mressqa kontra din tal-aħħar

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva bl-elementi verbali “Polycart A Whole Cart Full of Benefits” għal prodotti fil-klassijiet 12, 17 u 20 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 6 90  314

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva bl-elementi verbali “POLICAR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 35 u 37

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009


    Top