This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TB0809
Case T-809/14: Order of the General Court of 27 November 2015 — Italy v Commission (Action for annulment — Language regime — Vacancy notice for the post of Director of the Translation Centre for bodies of the European Union — Linguistic requirements in the on-line presentation module for candidates — Alleged discrepancy with the vacancy notice published in the Official Journal — Letter sent by the Commission following the closure of the application procedure — Inadmissible)
Kawża T-809/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Sistema lingwistika — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti għal pożizzjoni ta’ direttur fiċ-Ċentru tat-Traduzzjon għall-Korpi tal-Unjoni — Rekwiżiti lingwistiċi li jidhru fil-formola ta’ preżentazzjoni online tal-kandidaturi — Allegata diverġenza mal-avviż ta’ impjieg vakanti ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali — Ittra mibgħuta mill-Kummissjoni wara li ngħalqet il-proċedura tal-preżentata tal-kandidaturi — Inammissibbiltà”)

ĠU C 38, 1.2.2016, p. 56–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
1.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/56 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-809/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Sistema lingwistika - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti għal pożizzjoni ta’ direttur fiċ-Ċentru tat-Traduzzjon għall-Korpi tal-Unjoni - Rekwiżiti lingwistiċi li jidhru fil-formola ta’ preżentazzjoni online tal-kandidaturi - Allegata diverġenza mal-avviż ta’ impjieg vakanti ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali - Ittra mibgħuta mill-Kummissjoni wara li ngħalqet il-proċedura tal-preżentata tal-kandidaturi - Inammissibbiltà”))
(2016/C 038/74)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament ta’ allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni inkluża f’ittra tat-2 ta’ Ottubru 2014, indirizzata lid-Direttur Ġenerali għall-Unjoni Ewropea tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Taljan, mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Riżorsi Umani u Sigurtà” tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |