Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0779

    Kawża T-779/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf tar-riżorsi proprji — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 381, 16.11.2015, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 381/37


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-779/14) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf tar-riżorsi proprji - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

    (2015/C 381/43)

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt, A. Tokár u M. Wasmeier, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-DG Baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03MV D (2014) 3139078 tal-24 ta’ Settembru 2014, li biha dan tal-aħħar jordna lir-Repubblika Slovakka tpoġġi għad-dispożizzjoni tiegħu l-ammont gross li jammonta għal EUR 1 4 53  723,12 (li minnu għandu jitnaqqas25 % bħala spejjeż ta’ riċeviment) li jikkorrispondi għal telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan sa mhux iktar tard mill-ewwel ġurnata tax-xogħol wara d-dsatax-il ġurnata mit-tieni xahar wara li ntbagħtet l-ittra msemmija.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ma hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Rumanija.

    3)

    Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

    4)

    Ir-Repubblika Slovakka, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Rumanija għandom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet għal intervent.


    (1)  ĠU C 89, 16.03.2015.


    Top