This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TB0685
Case T-685/14: Order of the General Court of 17 July 2015 — EEB v Commission (Environment — Regulation (EC) No 1367/2006 — Commission decision concerning the notification by Bulgaria of a transitional national plan as referred to in Article 32 of Directive 2010/75/EU on industrial emissions — Refusal of internal review — Measure of individual scope — Aarhus Convention — Period allowed for commencing proceedings — Lateness — Action in part manifestly inadmissible and in part manifestly devoid of any foundation in law)
Kawża T-685/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni (“Ambjent — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tan-notifika mill-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali tranżitorju, kif imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali — Rifjut ta’ eżami interna mill-ġdid — Miżura ta’ portata individwali — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

ĠU C 381, 16.11.2015, p. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 381/36 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-685/14) (1)
((“Ambjent - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tan-notifika mill-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali tranżitorju, kif imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali - Rifjut ta’ eżami interna mill-ġdid - Miżura ta’ portata individwali - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))
(2015/C 381/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Podskalská, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, S. Petrova u G. Wilms, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, fir-rigward tan-notifika mir-Repubblika tal-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali tranżitorju, kif imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2014) 2317513, tal-11 ta’ Lulju 2014, li tiċħad bħala inammissibbli it-talba tar-rikorrent intiża li l-Kummissjoni teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha tal-31 ta’ Marzu 2014.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għall-intervent tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
3) |
European Environmental Bureau (EEB) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
4) |
EEB, il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill għandhom kull wieħed minnhom ibatu l-ispejjeż marbuta mat-talbiet għall-intervent. |