Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0453

    Kawża T-453/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Pannonhalmi Főapátság vs Il-Parlament [“Rikors għal annullament — Petizzjoni indirizzata lill-Parlament dwar il-proprjetà tal-kastell Lónyay à Rusovce (Is-Slovakkja) — Petizzjoni ddikkjarata inammissibbli — Obbligu ta’ motivazzjoni — Rikors manifestament infondat fid-dritt”]

    ĠU C 381, 16.11.2015, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 381/28


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Pannonhalmi Főapátság vs Il-Parlament

    (Kawża T-453/14) (1)

    ([“Rikors għal annullament - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament dwar il-proprjetà tal-kastell Lónyay à Rusovce (Is-Slovakkja) - Petizzjoni ddikkjarata inammissibbli - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

    (2015/C 381/30)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Partijiet

    Rikorrent: Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság (Pannonhalma, l-Ungerija) (rappreżentant: D. Sobor, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Pospíšilová Padowska u T. Lukácsi, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-petizzjonijiet tal-Parlament, tas-16 ta’ April 2014, li permezz tagħha din il-Kummissjoni ddikkjarat inammissibbli l-petizzjoni magħmula mir-rikorrenti fis-26 ta’ Ġunju 2013, minħabba li ma kinitx taqa’ taħt l-oqsma ta’ attività tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság hija kkundannata għall-ispejjeż.

    3)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent tar-Repubblika Slovakka u tal-Ungerija.


    (1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


    Top