Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0768

    Kawża T-768/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 – ANKO vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-seba’ programm-qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) — Proġett Pocemon — Spejjeż eliġibbli — Kontrotalba — Rimbors tas-somom imħallsa — Interessi moratorji”)

    ĠU C 70, 6.3.2017, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 70/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 – ANKO vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-768/14) (1)

    ((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-seba’ programm-qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) - Proġett Pocemon - Spejjeż eliġibbli - Kontrotalba - Rimbors tas-somom imħallsa - Interessi moratorji”))

    (2017/C 070/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u P. Arenas, aġenti, assistiti minn O. Lytra, avukat)

    Suġġett

    Minn naħa, talba, ibbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tiġi ddikkjarata infondata t-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors ta’ somma mħallsa lir-rikorrenti b’eżekuzzjoni tal-ftehim Nru 216088 għall-finanzjament tal-proġett intitolat “Pjattaforma ta’ segwitu u ta’ dijanjostika għall-mard awto-immuni”, konkluż fil-kuntest tas-seba’ programm-qafas tal-Komunità Ewropea għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013), u, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża sabiex tinkiseb il-kundanna tar-rikorrenti għar-rimbors ta’ somma indebitament imħallsa b’eżekuzzjoni ta’ dan il-ftehim.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors ippreżentat minn ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias huwa miċħud.

    2)

    ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 377 733,93, flimkien mal-interessi moratorji mit-3 ta’ Mejju 2014 u sal-ħlas integrali tal-imsemmija somma, bir-rata ta’ 3,75 %.

    3)

    ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 65, 23.2.2015.


    Top