EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0621

Kawża T-621/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Infocit vs UASI – DIN (DINKOOL) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DINKOOL — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti DIN — Identifikatur kummerċjali nazzjonali preċedenti DIN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 262, 10.8.2015, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Infocit vs UASI – DIN (DINKOOL)

(Kawża T-621/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DINKOOL - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti DIN - Identifikatur kummerċjali nazzjonali preċedenti DIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 262/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda (Luanda, ir-Repubblika tal-Angola) (rappreżentant: A. Oliviera, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DIN – Deutsches Institut für Normung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Bagh, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 1312/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DIN – Deutsches Institut für Normung eV u Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

DIN – Deutsches Institut für Normung eV għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


Top