Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0591

    Kawża T-591/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – BSH vs UASI (PerfectRoast) [“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PerfectRoast — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

    ĠU C 389, 23.11.2015, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 389/53


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – BSH vs UASI (PerfectRoast)

    (Kawża T-591/14) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PerfectRoast - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

    (2015/C 389/59)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 359/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PerfectRoast.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 359/2014-5), hija annullata sa fejn tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja PerfectRoast għal “tagħmir li jsaħħan l-ilma”, “tagħmir għall-immersjoni li jsaħħan” u “tagħmir li jsajjar il-bajd”.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


    Top