EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0572

Kawża T-572/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA) [“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 354, 26.10.2015, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA)

(Kawża T-572/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 354/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Mejju 2014 (Każ R 527/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laverana GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


Top