This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TA0424
Joined Cases T-424/14 and T-425/14: Judgment of the General Court of 13 November 2015 — ClientEarth v Commission (Access to documents — Regulation (EC) No 1049/2001 — Draft impact assessment report, impact assessment report and opinion of the Impact Assessment Board — Refusal to grant access — Exception relating to the protection of the decision-making process — Duty to state reasons — Obligation to carry out a specific and individual examination — Overriding public interest)
Kawżi magħquda T-424/14 u T-425/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2015 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Abbozz ta’ rapport ta’ analiżi tal-impatt, rapport ta’ analiżi tal-impatt u opinjoni tal-kumitat ta’ analiżi tal-impatt — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu li ssir eżaminazzjoni konkreta u individwali — Interess pubbliku superjuri)
Kawżi magħquda T-424/14 u T-425/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2015 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Abbozz ta’ rapport ta’ analiżi tal-impatt, rapport ta’ analiżi tal-impatt u opinjoni tal-kumitat ta’ analiżi tal-impatt — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu li ssir eżaminazzjoni konkreta u individwali — Interess pubbliku superjuri)
ĠU C 7, 11.1.2016, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2015 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-424/14 u T-425/14) (1)
((Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Abbozz ta’ rapport ta’ analiżi tal-impatt, rapport ta’ analiżi tal-impatt u opinjoni tal-kumitat ta’ analiżi tal-impatt - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligu li ssir eżaminazzjoni konkreta u individwali - Interess pubbliku superjuri))
(2016/C 007/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Brouwer, F. Heringa u J. Wolfhagen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ April 2014 li tirrifjuta l-aċċess għal rapport ta’ analiżi tal-impatt dwar proġett ta’ strument vinkolanti li jistabbilixxi l-kuntest strateġiku ta’ proċeduri ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza bbażati fuq ir-riskji u li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll għal opinjoni tal-kumitat ta’ analiżi tal-impatt, u min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2014 li tirrifjuta l-aċċess għal proġett ta’ rapport ta’ analiżi tal-impatt dwar l-aċċess għall-ġustizzja fil-qasam ambjentali fuq livell tal-Istati Membri fil-qasam tal-politika ambjentali tal-Unjoni u għal opinjoni tal-kumitat ta’ analiżi tal-impatt.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
2) |
ClientEarth għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |