This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TA0328
Case T-328/14: Judgment of the General Court of 18 February 2016 — Jannatian v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures adopted against Iran with the aim of preventing nuclear proliferation — Freezing of funds — Admission restriction — Action for annulment — No need to adjudicate — Non-contractual liability — Sufficiently serious breach of a rule of law conferring rights on individuals — Non-material damage)
Kawża T-328/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2016 – Jannatian vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Dannu morali”)
Kawża T-328/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2016 – Jannatian vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Dannu morali”)
ĠU C 111, 29.3.2016, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2016 – Jannatian vs Il-Kunsill
(Kawża T-328/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Dannu morali”))
(2016/C 111/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mahmoud Jannatian (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: I. Smith Monnerville u S. Monnerville, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39); tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81); tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), kif ukoll tar-Regolamenti ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 350/2012, tat-23 ta’ April 2012, (UE) Nru 709/2012, tat-2 ta’ Awwissu 2012, (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, (UE) Nru 1203/2013, tas-26 ta’ Novembru 2013, u (UE) Nru 397/2014, tas-16 ta’ April 2014, li jimplementaw ir-Regolament Nru 267/2012 (rispettivament ĠU L 110, p. 17, ĠU L 208, p. 2, ĠU L 282, p. 16, ĠU L 356, p. 55, ĠU L 156, p. 3, ĠU L 316, p. 1, u ĠU L 119, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għal ħlas ta’ danni b’kumpens għad-dannu allegatament subit.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn dan huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK; tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413; tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, kif ukoll tar-Regolamenti ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 350/2012, tat-23 ta’ April 2012, (UE) Nru 709/2012, tat-2 ta’ Awwissu 2012, (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, (UE) Nru 1203/2013, tas-26 ta’ Novembru 2013, u (UE) Nru 397/2014, tas-16 ta’ April 2014, li jimplementaw ir-Regolament Nru 267/2012. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Mahmoud Jannatian u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |