Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0224

    Kawża T-224/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2016 – CW vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi — Proroga — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Żball ta’ fatt — Użu ħażin ta’ poter — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

    ĠU C 305, 22.8.2016, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/28


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2016 – CW vs Il-Kunsill

    (Kawża T-224/14) (1)

    ((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar ta’ fondi - Proroga - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Żball ta’ fatt - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

    (2016/C 305/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: CW (rappreżentant: A. Tekari, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u M. Bishop, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2014, L 28, p. 38) sa fejn tikkonċerna r-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu li ġarrab ir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    CW għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 351, 6.10.2014


    Top