Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0084

    Kawżi magħquda T-84/14 u T-97/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2016 – Harrys Pubar u Harry’s New York Bar vs UASI – Harry’s New York Bar u Harrys Pubar (HARRY’S NEW YORK BAR) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HARRY’S NEW YORK BAR — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti PUB CASINO Harrys RESTAURANG — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 111, 29.3.2016, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 111/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2016 – Harrys Pubar u Harry’s New York Bar vs UASI – Harry’s New York Bar u Harrys Pubar (HARRY’S NEW YORK BAR)

    (Kawżi magħquda T-84/14 u T-97/14) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HARRY’S NEW YORK BAR - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti PUB CASINO Harrys RESTAURANG - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2016/C 111/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Harrys Pubar AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat) (Kawża T-84/14); u Harry’s New York Bar SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat) (Kawża T-97/14)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Harry’s New York Bar SA (Kawża T-84/14); u Harrys Pubar AB (intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-97/14)

    Suġġett

    Żewġ rikorsi kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Novembru 2013 (Każijiet magħquda R 1038/2012-1 u R 1045-2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harrys Pubar AB u Harry’s New York Bar SA.

    Dispożittiv

    1)

    Fil-Kawża T-84/14, il-punt 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-14 ta’ Novembru 2013 (Kawżi magħquda R 1038/2012-1 u R 1045/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harrys Pubar AB u Harry’s New York Bar SA, huwa annullat.

    2)

    Fil-Kawża T-97/14, ir-rikors ta’ Harry’s New York Bar huwa miċħud.

    3)

    Harry’s New York Bar hija kkundannata tħallas l-ispejjeż tagħha stess, żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Harrys Pubar sostuni minn din tal-aħħar fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll dawk sostnuti minn Harrys Pubar matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI. L-UASI huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll terz tal-ispejjeż ta’ Harrys Pubar sostnuti minn din tal-aħħar fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


    (1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


    Top