Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0043

    Kawża F-43/14: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 292, 1.9.2014, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 292/61


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-43/14)

    2014/C 292/79

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni skont id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2013 li tagħlaq il-fajl dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti miksuba mingħand il-Fond Nazzjonali ta’ Assigurazzjoni għax-xjuħija tal-ħaddiema impjegati (CNAVTS)

    Talbiet tar-rikorrent

    jiddikjara illegali u għalhekk, inapplikabbli l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

    jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Settembru 2013 li takkredita d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

    jannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2013 li tagħlaq il-fajl dwar it-trasferiment tad-drittijiet għal-pensjoni tar-rikorrent miksub mingħand il-Fond Nazzjonali ta’ Assigurazzjoni għax-xjuħija tal-ħaddiema impjegati (CNAVTS);

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top