Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0040

    Kawża F-40/14: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 292, 1.9.2014, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 292/60


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-40/14)

    2014/C 292/78

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

    Talbiet tar-rikorrent

    jiddikjara inapplikabbli, l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tat-3 ta’ Marzu 2011, tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

    jannulla d-deċiżjonijiet tat-30 ta’ Settembru 2013 u tad-9 ta’ Diċembru 2013 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tat-3 ta’ Marzu 2011, tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top