Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FB0071

Kawża F-71/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2015 – Maraoud vs SEAE (Servizz Pubbliku — Persunal tas-SEAE. — Persunal bil-kuntratt — Missjoni f’pajjiż terz — Inċident li seħħ fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet — Allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja — Ġranet ta’ leave mhux meħuda — Teħid ta’ responsabbiltà tal-kura — Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża — Inammissibbiltà manifesta)

ĠU C 198, 15.6.2015, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/50


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2015 – Maraoud vs SEAE

(Kawża F-71/14) (1)

((Servizz Pubbliku - Persunal tas-SEAE. - Persunal bil-kuntratt - Missjoni f’pajjiż terz - Inċident li seħħ fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet - Allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja - Ġranet ta’ leave mhux meħuda - Teħid ta’ responsabbiltà tal-kura - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà manifesta))

(2015/C 198/68)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Hayet Maraoud (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. F. de Castro Fernandez u J.-L. Gillain, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-anullament tad-deċiżjoni li ma jibqgħux jitħallsu l-kumpens għall-kundizzjonijiet tal-ħajja (KKĦ), il-kumpens addizzjonali (KA) fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-post ta’ assenjazzjoni tar-rikorrenti u allowance ta’ kuljum (AK), u ħlas ta’ 49 jum ta’ leave tas-sena 2012 mhux meħuda kif ukoll talba għall-kumpens għad-dannu għal nuqqas ta’ assistenza u abbandun wara l-inċident fuq il-post tax-xogħol li r-rikorrenti sfat vittma tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

H. Maraoud għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.


(1)  ĠU C 388, 03.11.2014, p. 29.


Top