Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FA0119

    Kawża F-119/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – FE vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tirreklutax kandidat li għadda minn kompetizzjoni — Kompetenzi rispettivi tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra — Kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni — Tul minimu ta’ esperjenza professjonali — Modalitajiet ta’ kalkolu — Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla — Assenza — Telf ta’ opportunità li tiġi rreklutata — Kumpens)

    ĠU C 381, 16.11.2015, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 381/63


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – FE vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-119/14) (1)

    ((Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tirreklutax kandidat li għadda minn kompetizzjoni - Kompetenzi rispettivi tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni - Tul minimu ta’ esperjenza professjonali - Modalitajiet ta’ kalkolu - Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla - Assenza - Telf ta’ opportunità li tiġi rreklutata - Kumpens))

    (2015/C 381/89)

    Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: FE (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċedura għall-ħatra tar-rikorrent bħala uffiċjal, peress li dan tal-aħħar ġie inkluż f’lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni, wara li ġie informat li d-DĠ ikkonċernat kien qabel mar-reklutaġġ tiegħu, u wara li finalment ġie deċiż li l-esperjenza professjonali tiegħu ma kinitx suffiċjenti.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tirrekluta lil FE hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil FE s-somma ta’ EUR 10  000.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn FE.


    (1)  ĠU C 7, 12.1.2015, p. 56.


    Top