EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0362

Kawża C-362/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fil- 25 ta’ Lulju 2014 – Maximillian Schrems vs Data Protection Commissioner

ĠU C 351, 6.10.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fil-25 ta’ Lulju 2014 – Maximillian Schrems vs Data Protection Commissioner

(Kawża C-362/14)

2014/C 351/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maximillian Schrems

Konvenut: Data Protection Commissioner

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea [2000(C) 364/01 (1)] u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE (2), il-Kummissarju indipendenti responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data li quddiemu jkun tressaq ilment dwar it-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiż terz (f’dan il-każ l-Istati Uniti tal-Amerika) li d-dritt u l-prattiki tiegħu, kif isostni l-lanjant, ma joffrux protezzjoni adegwata lill-persuna kkonċernata, huwa assolutament marbut bil-konstatazzjoni kuntrarja tal-Unjoni li tinsab fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2000 (2000/520/KE (3))?

2)

Fil-każ kuntrarju, jista’ jew għandu l-Kummissarju jwettaq l-investigazzjoni tiegħu fid-dawl tal-mod kif żviluppaw il-fatti minn mindu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ippubblikata għall-ewwel darba?


(1)  Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 364, p. 1).

(2)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Lulju 2000, skont id-Direttiva 95/46/EC[KE] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-prinċipji ta’ privatezza ta’ port salv u li tirrigwarda mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-USA (notifikata permezz ta’ dokument numru C(2000) 2441) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 119).


Top