Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0318

Kawża C-318/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit- 3 ta’ Lulju 2014 – Slovenská autobusová doprava Trnava, a.s. vs Krajský úřad Olomouckého kraje

ĠU C 351, 6.10.2014, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-3 ta’ Lulju 2014 – Slovenská autobusová doprava Trnava, a.s. vs Krajský úřad Olomouckého kraje

(Kawża C-318/14)

2014/C 351/02

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Slovenská autobusová doprava Trnava, a.s.

Konvenuta: Krajský úřad Olomouckého kraje.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 49, moqri flimkien mal-Artikolu 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ li t-trasportatur li jkollu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor u li huwa stabbilit fir-Repubblika Ċeka permezz ta’ fergħa jikseb, minbarra l-liċenzji u l-konċessjoniijet li jippermettu lit-trasportaturi li jkollhom is-sede tagħhom fir-Repubblika Ċeka li joperaw servizzi regolari nazzjonali (trasport pubbliku urban), awtorizzazzjoni speċjali għall-eżerċizzju tal-istess attività, li l-għoti tagħha jaqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-awtorità amministrattiva?

2)

Sabiex tiġi evalwata l-ewwel domanda, huwa rilevanti l-fatt li dan huwa każ ta’ trasport pubbliku urban li jopera fil-kuntest tas-sistema tal-obbligi ta’ servizz pubbliku skont kuntratt ta’ servizz pubbliku għal kunsiderazzjoni mħallsa mill-fondi pubbliċi fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70?

3)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12/98 (2), tal-11 ta’ Diċembru 1997, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi Stat Membru, moqri flimkien mal-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa jippermetti lil Stat Membru jillimita, bil-mod indikat fl-ewwel domanda, l-operat ta’ linji ta’ trasport pubbliku urban mit-trasportaturi li s-sede tagħhom tkun tinsab fi Stat Membru ieħor?


(1)  ĠU L 315, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 501.


Top