EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0281

Kawża C-281/14 P: Appell ippreżentat fid- 9 ta’ Ġunju 2014 mis-Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil- 31 ta’ Marzu 2014 fil-Kawża T-270/13, Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Agenzia esecutiva per l’innovazione e le reti (INEA)

ĠU C 292, 1.9.2014, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/17


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2014 mis-Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-31 ta’ Marzu 2014 fil-Kawża T-270/13, Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Agenzia esecutiva per l’innovazione e le reti (INEA)

(Kawża C-281/14 P)

2014/C 292/21

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) (rappreżentanti: M. Muscardini, G. Greco u G. Carullo, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Agenzia esecutiva per l’innovazione e le reti (INEA)

Talbiet tal-appellanti

wara li tkun ikkonstatat il-locus standi ta’ SACBO u n-natura kontestabbli tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2013, tannulla fl-intier tiegħu d-digriet tal-Qorti Ġenerali mogħti fil-31 ta’ Marzu 2014 fil-Kawża T-270/13, u konsegwentement, jekk hija tqis li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kawża hija fi stat li tiġi deċiża, tilqa’ b’mod sħiħ it-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza, ifformulati b’dan il-mod: wara li tiġi kkonstatata l-assenza ta’ tentattiv ta’ evażjoni u ta’ diviżjoni artifiċjali tal-attivitajiet li huma s-suġġett ta’ kofinanzjament, tannulla d-deċiżjoni tat-Ten-T EA, tat-18 ta’ Marzu 2013, sa fejn hija ddikjarat ineliġibbli l-ispejjeż esterni marbuta mal-attivitajiet 1, 2.1, 4, 5, 6 u 7, u naqqset b’dan il-mod il-kofinanzjament dovut u sa fejn talbet il-ħlas lura ta’ EUR 1 58  517,54, b’kull konsegwenza fil-liġi;

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

I.

Insostenn tal-appell ippreżentat kontra d-digriet li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ddikjarat ir-rikors inammissibbli:

I.1-

Fuq in-nuqqas ta’ locus standi. Żball ta’ liġi: ksur u/jew applikazzjoni żbaljata tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, tal-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB, tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu III.8(2) tad-Deċiżjoni C (2010) 4456, tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE minħabba motivazzjoni insuffiċjenti u/jew kontradittorja u ommissjoni li tiddeċiedi, u tal-Artikoli 107 u 108(3) TFUE.

difett fid-digriet sa fejn ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li SACBO pparteċipat fil-kofinanzjament tal-proġett, hija responsabbli għat-totalità tal-investiment u għall-implementazzjoni tal-imsemmi proġett, u li hija għaldaqstant ġarrbet l-effetti kollha tad-deċiżjoni kkontestata, kemm minħabba l-assenza ta’ rkupru tal-investimenti magħmula, f’dak li jirrigwarda s-somom li għandhom jiġu rrimborsati, kif ukoll minħabba li l-ilmenti magħmula fid-deċiżjoni huma marbuta, kollha kemm huma, mal-aġir tal-appellanti;

ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rimbors tal-kofinanzjament mill-ENAC huwa impost mid-dritt tal-Unjoni, u l-assenza ta’ ħlas lura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali;

difett fid-digriet sa fejn ma ħax inkunsiderazzjoni r-rwol ta’ SACBO fil-kuntest tal-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata;

difett fid-digriet sa fejn ma ħax inkunsiderazzjoni l-locus standi ta’ SACBO minħabba d-dannu subit għall-immaġni tagħha bħala riżultat tad-deċiżjoni kkontestata.

I.2-

F’dak li jirrigwarda n-natura mhux kontestabbli tal-att ikkomunikat. Żball ta’ liġi: ksur u/jew applikazzjoni żbaljata tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u ksur tal-Artikoli III.3.6 u III.3.9 tad-deċiżjoni ta’ kofinanzjament; ksur u/jew applikazzjoni żbaljata tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE minħabba kontradizzjoni fil-motivazzjoni.

difett fid-digriet sa fejn ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjoni tistabbilixxi diġà b’mod ċar u definittiv l-ammont ta’ kofinanzjament u s-somom li għandhom jitħallsu lura, b’tali mod li tikkostitwixxi minnha nfisha l-obbligu ta’ ħlas lura;

difett fid-digriet sa fejn ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi l-att li jikkonkludi definittivament il-proċedura ta’ tnaqqis tal-finanzjament, li hija distinta u awtonoma mill-fażi ulterjuri ta’ rkupru effettiv.

II.

Riproduzzjoni tal-motivi msemmija fir-rikors fl-ewwel istanza (1) għall-finijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 31 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU 2013, C 207, p. 46.


Top