EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0219

Kawża C-219/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Employment Tribunals, Birmingham (ir-Renju Unit) fis- 6 ta’ Mejju 2014 – Kathleen Greenfield vs The Care Bureau Ltd

ĠU C 223, 14.7.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Employment Tribunals, Birmingham (ir-Renju Unit) fis-6 ta’ Mejju 2014 – Kathleen Greenfield vs The Care Bureau Ltd

(Kawża C-219/14)

2014/C 223/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Employment Tribunals, Birmingham (ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kathleen Greenfield

Konvenut: The Care Bureau Ltd

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ “pro rata temporis”, imsemmi fil-Klawżola 4(2) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali (bħar-Regulations 13, 13A u 14 tar-Regolamenti dwar il-ħin tax-xogħol) ikollha l-effett, fil-każ ta’ żieda fis-sigħat tax-xogħol ta’ impjegat, li l-ammont ta’ leave diġà akkumulat jiġi aġġustat proporzjonalment għas-sigħat tax-xogħol il-ġodda, bir-riżultat li l-ħaddiem li jżid is-sigħat tax-xogħol tiegħu jkollu dritt li l-leave miksub jiġi kkalkolat mill-ġdid abbażi tas-sigħat addizzjonali tiegħu?

2)

Il-Klawżola 4(2) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time jew l-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar il-ħin tax-xogħol għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali (bħar-Regulations 13, 13A u 14 tar-Regolamenti dwar il-ħin tax-xogħol) ikollha l-effett, fil-każ ta’ żieda fis-sigħat tax-xogħol ta’ impjegat, li l-ammont ta’ leave diġà akkumulat jiġi aġġustat proporzjonalment għas-sigħat tax-xogħol il-ġodda, bir-riżultat li l-ħaddiem li jżid is-sigħat tax-xogħol tiegħu jkollu dritt li l-leave miksub jiġi kkalkolat mill-ġdid abbażi tas-sigħat tax-xogħol il-ġodda?

3)

Jekk id-domandi (1) u/jew (2) jingħataw risposta affermattiva, il-kalkolu mill-ġdid japplika biss għall-porzjon tas-sena ta’ referenza għall-kalkolu tal-leave li matulha l-impjegat ħadem sigħat addizzjonali jew għal perijodu ieħor?

4)

Fil-kalkolu tal-perijodu ta’ leave meħud minn ħaddiem, il-Klawżola 4(2) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time jew l-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar il-ħin tax-xogħol għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali (bħar-Regulations 13, 13A u 14 tar-Regolamenti dwar il-ħin tax-xogħol) ikollha l-effett li jiġi adottat approċċ differenti skont jekk tiġix ikkalkolata allowance kumpensatorja tad-dritt għal leave annwali fi tmiem ir-relazzjoni tax-xogħol jew jiġix ikkalkolat id-dritt għal leave annwali li jkun għad fadal fil-każ li tinżamm ir-relazzjoni tax-xogħol?

5)

Jekk id-domanda (4) tingħata risposta affermattiva, x’inhi d-differenza fl-approċċ li għandu jiġi adottat?


Top