Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CB0152

    Kawża C-152/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Autorità per l’energia elettrica e il gas vs Antonella Bertazzi et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP — Klawżola 4 — Kuntratti ta’ xogħol għal zmien determinat fis-settur pubbliku — Proċedura ta’ stabilizzazzjoni — Reklutaġġ ta’ ħaddiema impjegati għal żmien determinat bħala uffiċjali permanenti mingħajr kompetizzjoni pubblika — Determinazzjoni tal-anzjanità — Assenza totali ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz mwettqa fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/26


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Autorità per l’energia elettrica e il gas vs Antonella Bertazzi et

    (Kawża C-152/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP - Klawżola 4 - Kuntratti ta’ xogħol għal zmien determinat fis-settur pubbliku - Proċedura ta’ stabilizzazzjoni - Reklutaġġ ta’ ħaddiema impjegati għal żmien determinat bħala uffiċjali permanenti mingħajr kompetizzjoni pubblika - Determinazzjoni tal-anzjanità - Assenza totali ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz mwettqa fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni))

    2014/C 409/38

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Autorità per l’energia elettrica e il gas

    Konvenuti: Antonella Bertazzi, Annalise Colombo, Maria Valeria Contin, Angela Filippina Marasco, Guido Guissani, Lucia Lizzi, Fortuna Peranio

    Dispożittiv

    1)

    Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li huwa inkluż fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien [determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi totalment it-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz mwettqa minn ħaddiem għal żmien determinat ta’ awtorità pubblika għad-determinazzjoni tal-anzjanità ta’ dan tal-aħħar waqt ir-reklutaġġ tiegħu għan żmien mhux determinat minn din l-istess awtorità bħala uffiċjal permanenti, fil-kuntest ta’ proċedura speċifika ta’ stabbilizzazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu, meta l-funzjonijiet eżerċitati fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat ikunu jikkorrispondu għal dawk eżerċitati minn uffiċjal permanenti li jaqa’ taħt il-kategorija rilevanti ta’ din l-awtorità, sakemm din l-esklużjoni ma tkunx iġġustifkata minn “raġunijiet oġġettivi” fis-sens tal-punt 1 u/jew 4 ta’ din il-klawżola, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Il-fatt waħdu li l-ħaddiem għal żmien determinat ikun wettaq l-imsemmija perijodi ta’ servizz abbażi ta’ kuntratt jew ta’ relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat ma jikkostitwixxix tali raġuni oġġettiva.

    2)

    L-għan li jiġu evitati diskriminazzjonijiet inversi kontra uffiċjali permanenti impjegati fi tmiem b’suċċess ta’ kompetizzjoni ġenerali ma jistax jikkostitwixxi “raġuni oġġettiva” fis-sens tal-punti 1 u/jew 4 tal-klawżola 4 tal-ftehim qafas, meta, bħal fil-kawża prinċipali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tkun teskludi totalment u f’kull ċirkustanza, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi kollha ta’ servizz mwettqa minn ħaddiema fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-anzjanità tagħhom fil-mument tar-reklutaġġ tagħhom għal żmien mhux determinat u, għalhekk, tal-livell ta’ remunerazzjoni tagħhom.


    (1)  ĠU C 194, 24.06.2014.


    Top