Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0298

Kawża C-298/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – il-Belġju) – Alain Laurent Brouillard vs Jury du concours de recrutement de référendaires près la Cour de cassation, État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Artikoli 45 TFUE u 49 TFUE — Ħaddiema — Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifikazzjonijiet professjonali — Kunċett ta’ ‘professjoni rregolata’ — Ammissjoni f’kompetizzjoni ta’ reklutaġġ ta’ assistenti ġudizzjarji mal-Cour de cassation (Il-Belġju))

ĠU C 389, 23.11.2015, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – il-Belġju) – Alain Laurent Brouillard vs Jury du concours de recrutement de référendaires près la Cour de cassation, État belge

(Kawża C-298/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Artikoli 45 TFUE u 49 TFUE - Ħaddiema - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ kwalifikazzjonijiet professjonali - Kunċett ta’ ‘professjoni rregolata’ - Ammissjoni f’kompetizzjoni ta’ reklutaġġ ta’ assistenti ġudizzjarji mal-Cour de cassation (Il-Belġju)))

(2015/C 389/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alain Laurent Brouillard

Konvenuti: Jury du concours de recrutement de référendaires près la Cour de cassation, État belge

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, japplika għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha ċittadin ta’ Stat Membru, li jirrisjedi u jaħdem f’dan l-Istat Membru, ikun detentur ta’ diploma miksuba fi Stat Membru ieħor, li huwa jinvoka sabiex japplika għal kompetizzjoni ta’ reklutaġġ ta’ assistenti ġudizzjarji mal-Cour de cassation tal-ewwel Stat Membru, u , min-naħa l-oħra, li tali sitwazzjoni ma taqax taħt l-Artikolu 45(4) TFUE.

2)

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-funzjoni ta’ assistent ġudizzjarju mal-Cour de cassation ma hijiex “professjoni rregolata”, fis-sens ta’ din id-direttiva.

3)

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi li, f’ċirkustanzi bħal dawk preżenti fil-kawża prinċipali, il-bord tal-għażla għar-reklutaġġ tal-assistenti ġudizzjarji ma’ qorti ta’ Stat Membru, meta jeżamina talba għall-parteċipazzjoni f’din il-kompetizzjoni ppreżentata minn ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, jissuġġetta din il-parteċipazzjoni għall-pussess tad-diplomi rikjesti mil-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru jew għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza akkademika ta’ diploma ta’ master mogħtija mill-università ta’ Stat Membru ieħor, mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni d-diplomi, ċertifikati u titoli oħra kif ukoll l-esperjenza professjonali rilevanti tal-persuna kkonċernata, billi jwettaq paragun bejn il-kwalifiki professjonali ċċertifikati minn dawn tal-aħħar u dawk rikjesti minn din il-leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


Top