EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0106

Kawża C-106/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Fédération des entreprises du commerce et de la distribution (FCD), Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison (FMB) vs Ministre de l’écologie, du développement durable et de l'énergie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) — Artikoli 7(2) u 33 — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna preżenti f’oġġetti — Obbligi ta’ notifika u ta’ informazzjoni — Kalkolu tal-limitu ta’ 0,1 % piż b’piż)

ĠU C 363, 3.11.2015, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Fédération des entreprises du commerce et de la distribution (FCD), Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison (FMB) vs Ministre de l’écologie, du développement durable et de l'énergie

(Kawża C-106/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Artikoli 7(2) u 33 - Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna preżenti f’oġġetti - Obbligi ta’ notifika u ta’ informazzjoni - Kalkolu tal-limitu ta’ 0,1 % piż b’piż))

(2015/C 363/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fédération des entreprises du commerce et de la distribution (FCD), Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison (FMB)

Konvenut: Ministre de l’écologie, du développement durable et de l'énergie

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-14 ta’ April 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, huwa l-produttur li għandu jiddetermina jekk sustanza ta’ tħassib serju ħafna identifikata skont l-Artikolu 59(1) ta’ dan ir-regolament, kif emendat, hijiex preżenti f’konċentrazzjoni ta’ iktar minn 0,1 % piż b’piż ta’ kull oġġett li huwa jipproduċi u, huwa l-importatur ta’ prodott kompost minn diversi oġġetti, li għandu jiddetermina għal kull oġġett jekk tali sustanza hijiex preżenti f’konċentrazzjoni ta’ iktar minn 0,1 % piż b’piż ta’ dan l-oġġett.

2)

L-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1907/2006, kif emendat, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, huwa l-fornitur ta’ prodott kompost minn oġġett wieħed jew diversi oġġetti li jinkludu sustanza ta’ tħassib serju ħafna identifikata skont l-Artikolu 59(1) ta’ dan ir-regolament f’konċentrazzjoni ta’ iktar minn 0,1 % piż b’piż għal kull oġġett, li għandu jinforma lil min jirċievi l-oġġett u, fuq talba f’dan is-sens, lill-konsumatur, dwar il-preżenza ta’ din is-sustanza billi jikkomunikalhom, mill-inqas, l-isem tas-sustanza inkwistjoni.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


Top