EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0604

Kawża T-604/13: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Novembru 2013 — Levi Strauss vs UASI — L&O Hunting Group (101)

ĠU C 24, 25.1.2014, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — Levi Strauss vs UASI — L&O Hunting Group (101)

(Kawża T-604/13)

2014/C 24/58

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Levi Strauss & Co. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: L&O Hunting Group GmbH (Isny im Allgäu, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Settembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1538/2012-2;

tikkundanna lill-konvenuta, u lill-intervenjenti fil-każ li tintervjeni, għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “101” għal prodotti fil-klassijiet 13, 25 u 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 446 634

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 26 708 tat-trade mark verbali “501” għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


Top