Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0567

    Kawża T-567/13: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Ottubru 2013 — Sharp vs UASI (BIG PAD)

    ĠU C 24, 25.1.2014, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/24


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2013 — Sharp vs UASI (BIG PAD)

    (Kawża T-567/13)

    2014/C 24/42

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sharp KK (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: G. Macias Bonilla, G. Marín Raigal, P. López Ronda u E. Armero, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Awwissu 2013, fil-Każ R 2131/2012-2;

    tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċedura.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BIG PAD” għal prodotti u servizzi fil-klassi 9 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 887 231

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top