Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0435

    Kawża T-435/13: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Awissu 2013 — Triarii vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 304, 19.10.2013, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/21


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awissu 2013 — Triarii vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-435/13)

    2013/C 304/37

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Triarii BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. Verhellen, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (Re.: ENER B 1/IMMR(2013) ENER.B.1.2638778), tal-20 ta’ Ġunju 2013, sabiex tinkludi l-offerta tar-rikorrenti fis-sejħa għall-offerti;

    fil-każ li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, kif mitluba, tittieħed wara li l-kuntratt jingħata lil offerent:

    tannulla l-attwali sejħa għall-offerti Nru ENER/B1/2013-371 sabiex tagħti ċans lir-rikorrenti biex tissottometti għal darb’oħra l-offerta tagħha;

    tannulla d-deċiżjoni li l-Kummissjoni Ewropea għandha tieħu li talloka l-kuntratt Nru ENER/B1/2013-371 lil offerent; u/jew

    tikkumpensa lir-rikorrenti għan-nuqqas ta’ opportunità minħabba fl-esklużjoni tagħha mis-sejħa għall-offerti Nru ENER/B1/2013-371.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali hija kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni dwar din il-kawża, skont l-Artikolu 263 TFUE.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, permezz tal-imġiba tagħha, il-Kummissjoni Ewropea ħolqot aspettattiva leġittima li l-offerta kienet ġiet sottomessa lilha fil-ħin.


    Top