Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0331

    Kawża T-331/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ġunju 2013 — Nikolaou vs Il-Kummissjoni u Bank Ċentrali Ewropew

    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 22–22 (HR)

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/35


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2013 — Nikolaou vs Il-Kummissjoni u Bank Ċentrali Ewropew

    (Kawża T-331/13)

    2013/C 252/58

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrent: Marinos Nikolaou (Lefkosia, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

    Konvenuti: Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    tiddikjara r-rikors tiegħu ammissibbli u fondat;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Eurogruppo tal-25 ta’ Marzu 2013, li saret definittiva bid-deċiżjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, bħala esponent u/jew rappreżentant tas-Sistema Ewropew tal-Bankijiet Ċentrali tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Marzu 2013, KDP [kanonistiki diokitiki praxi; att regolatorju] 104/2013, li biha ġie deċiż il-“bejgħ ta’ determinati prodotti” tas-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd u liema tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni komuni tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea;

    sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Eurogruppo, imsemmija iktar ’il fuq, tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u/jew deċiżjoni adottata flimkien mal-Kummissjoni Ewropea kwalunkwe tkun il-forma tagħha.

    tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew u/jew lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata hija nulla inkwantu tmur lil hinn mill-poteri mogħtija mit-Trattat tal-Unjoni Ewropea lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea u għalhekk iż-żewġ korpi adottawha u b’hekk qabżu l-poteri tagħhom.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata tikser id-dritt għall-proprjetà ggarantit mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ikkonfermat mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    (3)

    It-tielet motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata hija manifestament infondata u mingħajr bażi legali u tikkuntrasta mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

    (4)

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata tqum ukoll b’kuntrast mal-prinċipji legali ġeneralment aċċettati li ġejjin mid-dritt tal-Unjoni Ewropea u anki mal-prinċipju li ħadd ma jista’ jinvoka omissjoni tiegħu stess sabiex jiġbed profitt u/jew jirregolarizza mġieba inġusta u/jew illeġittima.


    Top