Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0322

    Kawża T-322/13: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Ġunju 2013 — Tsujimoto vs L-UASI — Kenzo (KENZO)

    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 22–22 (HR)

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/31


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2013 — Tsujimoto vs L-UASI — Kenzo (KENZO)

    (Kawża T-322/13)

    2013/C 252/51

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Wenninger-Lenz, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenzo (Pariġi, Franza)

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1364/2012-2);

    tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KENZO”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 701 286

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali “KENZO”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 76(2) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top