This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0256
Case T-256/13: Action brought on 7 May 2013 — Italy v Commission
Kawża T-256/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Mejju 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
Kawża T-256/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Mejju 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
ĠU C 178, 22.6.2013, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/17 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-256/13)
2013/C 178/28
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: W. Ferrante, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla l-ittra tat-22 ta’ Marzu 2013 prot. Ares(2013) 237719 tal-Kummissjoni — Direttorat Ġenerali Edukazzjoni u Kultura, li għandha bħala suġġett l-“Agreement N. ADEC 2007.0266 — Reimbursement. Review after appeal” mibgħuta fil-25 ta’ Frar 2013 u li wasslet għand l-Agenzia nazionale per i Giovani fis-6 ta’ Marzu 2013, prot. ANG/2741/AMS, li permezz tagħha intalab ir-rimbors ta’ somom li jammontaw għal total ta’ EUR 1 486 485,90, sa fejn titlob ir-rimbors tal-ammont ta’ EUR 52 036,24 u ta’ EUR 183 729,72, kif ukoll tal-ittra tat-28 ta’ Frar 2013 prot. 267064 tal-Kummissjoni Ewropea — Direttorat Ġenerali Edukazzjoni u Kultura, indirizzata lill-Presidenza del Consiglio dei Ministri — Capo Dipartimento della Gioventù e del Servizio civile nazionale, li permezz tagħha ntbagħtu l-“Final evolution conclusions” tal-“2011 Declaration of Assurance”.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors jittratta t-talba għal ħlas lura lill-Kummissjoni xi somom ta’ flus li jammontaw għal EUR 1 486 485,90, somma magħmula minn, fost l-oħrajn, EUR 52 036,24, dwar spejjeż magħmula mill-Agenzia Nazionale per i Giovani għal attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ evalwazzjoni tal-volontarji SVE (Servizio volontario Europeo) fil-kuntest tal-Programma Gioventù in Azione għas-sena 2007 u kkunsidrata bħala ineliġibbli u minn EUR 183 729,72 dwar somom mhux irkuprati mill-Agenzia wara talbiet għal ħlas lura lill-benefiċjarji tal-Programma Gioventù għas-snin 2000-2004.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3.2.1 flimkien mal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 5.2.2 tal-“Grant Agreement n. 2007- 0266/001 — 001 for the operational implementation of the Youth in action programme” bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Agenzia Nazionale per i Giovani.
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 10.2 tal-Anness II.1 tal-Agreement N. 2003 — 1805/001 — 001 bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Agenzia Nazionale per i Giovani.
|