This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0037
Case T-37/13: Action brought on 22 January 2013 — Exakt Advanced Technologies v OHIM — Exakt Precision Tools (EXAKT)
Kawża T-37/13: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Jannar 2013 — Exakt Advanced Technologies vs UASI — Exakt Precision Tools (EXAKT)
Kawża T-37/13: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Jannar 2013 — Exakt Advanced Technologies vs UASI — Exakt Precision Tools (EXAKT)
ĠU C 86, 23.3.2013, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/23 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2013 — Exakt Advanced Technologies vs UASI — Exakt Precision Tools (EXAKT)
(Kawża T-37/13)
2013/C 86/38
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Exakt Advanced Technologies GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. von Bismarck, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Exakt Precision Tools Ltd (Aberdeen, ir-Renju Unit)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Ottubru 2012 fil-Każ R 1764/2011-1; |
— |
tikkundanna l-intervenjenti għall-ispejjeż inklużi l-ispejjeż inkorsi fil-kuntest tal-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “EXAKT”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9 u 37 — Trade mark Komunitarja Nru 3 996 592
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Exakt Precision Tools Ltd
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “EXAKT”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 8 u 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009