This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0032
Case T-32/13 P: Appeal brought on 24 January 2013 by Mario Paulo da Silva Tenreiro against the judgment of the Civil Service Tribunal of 14 November 2012 in Case F-120/11 da Silva Tenreiro v Commission
Kawża T-32/13 P: Appell ippreżentat fl- 24 ta’ Jannar 2013 minn Mario Paulo da Silva Tenreiro mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl- 14 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża F-120/11, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni
Kawża T-32/13 P: Appell ippreżentat fl- 24 ta’ Jannar 2013 minn Mario Paulo da Silva Tenreiro mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl- 14 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża F-120/11, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni
ĠU C 86, 23.3.2013, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/22 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2013 minn Mario Paulo da Silva Tenreiro mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-14 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża F-120/11, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-32/13 P)
2013/C 86/36
Lingwa tal-kawża: il-Franciż
Partijiet
Appellant: Mario Paulo da Silva Tenreiro (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
— |
tiddikjara u tiddeċiedi,
|
— |
tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda, |
— |
tiddikjara u tiddeċiedi,
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.
(1) |
L-ewwel aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti:
|
(2) |
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eżamina l-indizji ta’ użu ħażin ta’ poter b’mod iżolat u mhux b’mod globali, mingħajr ma pprova jistabbilixxi jekk l-indizji kkunsidrati kollha flimkien kinux jippermettu, fid-dawl tan-numru ta’ indizji, li titqiegħed indiskussjoni l-preżunzjoni ta’ legalità tad-deċiżjonijiet ikkontestati fl-ewwel istanza. Barra minn hekk, l-appellant josserva li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser, fid-dawl tan-nuqqas ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, id-dritt għal smigħ xieraq billi rrifjuta milli jadotta miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura li jippermettu li jiġu msaħħa l-indizji ta’ użu ħażin ta’ poter u milli jipproduċi l-prova ta’ element li seta’ biss jiġi pprovat permezz ta’ tali miżura. |