Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0014

    Kawża T-14/13: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Jannar 2013 — Seal Trademarks vs UASI — Exel Composites (XCEL)

    ĠU C 86, 23.3.2013, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 86/19


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2013 — Seal Trademarks vs UASI — Exel Composites (XCEL)

    (Kawża T-14/13)

    2013/C 86/32

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Seal Trademarks Pty Ltd (Queensland, l-Awstralja) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Exel Composites Oyj (Mäntyharju, il-Finlandja)

    Talbiet

    tannulla id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-11 ta’ Ottubru 2012 jew;

    sussidjarjament, temendha sabiex tiġi ssegwi l-parargrafu 52, peress li din tikser l-Artikolu 42(2) u (3) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (fejn tikkundanna b’mod espress lill-UASI għall-ispejjeż).

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “XCEL” għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 809 571

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 996 891, reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka Nru 149 726 u reġistrazzjoni tat-trade mark Svediża Nru 324 307 u t-trade mark verbali “EXEL” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 28

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


    Top