EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0366

Kawża T-366/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Awwissu 2013 — Franza vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija lil kumpanniji responsabbli li jipprovdu servizz pubbliku li jikkonsisti f’li jiġu pprovduti konnessjonijiet marittimi bejn Corse u Marseille — Kumpens għal servizz kumplementari għas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar frekwentati matul l-istaġun turistiku — Deċiżjoni li tiklassifika dawn il-kumpensi bħala għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom mingħand il-benefiċjarji — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza” )

ĠU C 298, 12.10.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 298, 12.10.2013, p. 6–6 (HR)

12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/7


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2013 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/13 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija lil kumpanniji responsabbli li jipprovdu servizz pubbliku li jikkonsisti f’li jiġu pprovduti konnessjonijiet marittimi bejn Corse u Marseille - Kumpens għal servizz kumplementari għas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar frekwentati matul l-istaġun turistiku - Deċiżjoni li tiklassifika dawn il-kumpensi bħala għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom mingħand il-benefiċjarji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2013/C 298/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, N. Rouam, G. de Bergues u D. Colas, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1926 finali, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implementata minn Franza favur is-Société nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie méridionale de navigation

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top