EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0125

Kawżi magħquda T-125/13, T-152/13 u T-167/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2018 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Servizzi ta’ groundhandling — Kontribuzzjonijiet ta’ kapital imwettqa minn SEA favur Sea Handling — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Tħassir parzjali — Rinunzja — Ma hemmx parzjalment lok li tingħata deċiżjoni — Tneħħija mir-reġistru tal-impriżi”)

ĠU C 104, 19.3.2018, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2018 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-125/13, T-152/13 u T-167/13) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ groundhandling - Kontribuzzjonijiet ta’ kapital imwettqa minn SEA favur Sea Handling - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Tħassir parzjali - Rinunzja - Ma hemmx parzjalment lok li tingħata deċiżjoni - Tneħħija mir-reġistru tal-impriżi”))

(2018/C 104/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-125/13: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Rikorrenti fil-Kawża T-152/13: Sea Handling SpA (Somma Lombardo, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment B. Nascimbene, F. Rossi dal Pozzo, M. Merola u L. Cappelletti, sussegwentement B. Nascimbene, F. Rossi dal Pozzo u M. Merola, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-167/13: Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Grassani u A. Franchi, sussegwentement S. Grassani, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-152/13: Società per azioni esercizi aeroportuali (SEA) (Segrate, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola, B. Nascimbene, F. Rossi dal Pozzo u M. C. Toniolo, avukati) u Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Grassani u A. Franchi, sussegwentement S. Grassani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1225 tad-19 ta’ Diċembru 2012 rigward l-injezzjonijiet ta’ kapital minn SEA SpA f’SEA Handling SpA ((SA.21420 (C 14/10) (ex NN 25/10) (ex CP 175/06)) (ĠU 2015, L 201, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-125/13, T-152/13 u T-167/13 huma separati għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura kif ukoll tad-deċiżjoni li ttemm l-istanza.

2)

Il-Kawża T-125/13 hija mħassra mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ippreżentat minn Sea Handling SpA fil-Kawża T-152/13.

4)

Fil-Kawża T-125/13, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

5)

Fil-Kawża T-152/13, Sea Handling u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk relatati mall-proċeduri għal miżuri provviżorji. Società per azioni esercizi aeroportuali (SEA) u l-Comune di Milano (l-Italja) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-Kawża T-152/13.

6)

Fil-Kawża T-167/13, l-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 114, 20.4.2013.


Top