Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FN0108

    Kawża F-108/13: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs Il-Kunsill

    ĠU C 24, 25.1.2014, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/41


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs Il-Kunsill

    (Kawża F-108/13)

    2014/C 24/77

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tar-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrent ta’ Jannar, Frar u Marzu 2013 stabbiliti skont id-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2012, li permezz tagħha dan tal-aħħar irrifjuta li jadotta l-proposta tal-Kummissjoni dwar regolament li jadatta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni li minnu huma affettwati dawn ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla r-rendikonti tar-remunerazzjonijiet tar-rikorrent stabbiliti mill-15 ta’ Jannar 2013;

    jikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent l-arretrati tar-remunerazzjoni li għalihom għandu d-dritt mill-1 ta’ Lulju 2012 miżjuda b’interessi moratorji kkalkolati, b’effett mid-data tal-iskadenza tal-arretrati dovuti, bir-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali tar-rifinanzjament miżjud b’żewġ punti;

    jikkundanna lill-Kunsill li jħallas lir-rikorrent euro simboliku b’kumpens tad-dannu morali subit minħabba r-repetizzjoni tad-difetti tas-servizz imwettqa mill-Kunsill u l-Awtorità tal-Ħatra;

    jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


    Top