This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013FN0091
Case F-91/13: Action brought on 19th September 2013 — ZZ v Commission
Kawża F-91/13: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-91/13: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 367, 14.12.2013, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/40 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-91/13)
2013/C 367/70
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlob ir-rimbors tal-allowance tal-espatrijazzjoni u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar riċevuti mir-rikorrent matul il-kollokament tiegħu fil-Ġermanja, flimkien mar-rimbors tal-ammont diġà rkuprat u l-kumpens tad-danni morali.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Diċembru 2012, li biha r-rikorrent intalab jirrimborsa l-allowance tal-espatrijazzjoni u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tiegħu mogħtija matul il-kollokament tiegħu fil-Ġermanja; |
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ġunju 2013, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent; |
|
— |
konsegwentement, jirrimborsa l-ammont diġà rkuprat mill-Awtorità tal-Ħatra, flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew +2 punti; |
|
— |
fi kwalunkwe każ, il-kumpens tad-dannu morali subit, evalwat ex aequo et bono għal EUR 5 000; |
|
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |