Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FN0063

    Kawża F-63/13: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs ENISA

    ĠU C 336, 16.11.2013, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 336, 16.11.2013, p. 30–30 (HR)

    16.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 336/31


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs ENISA

    (Kawża F-63/13)

    2013/C 336/69

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni, meħuda wara s-sentenza tat-TSP fil-Kawża F-118/10, li jiġi maħtur membru tal-persunal ieħor fil-pożizzjoni ta’ kontabbilist. Fl-aħħar, kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tal-ENISA li tiċħad l-ilment tar-rikorrent, kif ukoll id-deċiżjonjiet kkontestati l-oħra, jiġifieri d-deċiżjoni tal-ENISA, tal-4 ta’ Settembru 2012, li tkeċċi lir-rikorrent u d-deċiżjoni tal-ENISA, tad-9 ta’ Ottubru 2012, li taħtar lil X fil-pożizzjoni ta’ kontabbilist, minflok lir-rikorrent;

    tikkundanna lill-ENISA tħallas lir-rikorrent, fir-rigward tal-atti illegali kollha msemmija iktar ’il fuq, is-somma ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-dannu morali;

    tikkundanna lill-ENISA għall-ispejjeż.


    Top