EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FA0106

Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2015 – DD vs FRA (Servizz pubbliku — Persunal de la FRA — Membru tal-persunal temporanju — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Appell intern — Akkużi ta’ diskriminazzjoni — Akkużi ta’ vittimizzazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2000/43 — Investigazzjoni amministrattiva — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Twissija — Artikoli 2, 3 u 11 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal — Xoljiment tal-kuntratt għal żmien indeterminat — Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Dritt għal smigħ — Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

ĠU C 381, 16.11.2015, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/62


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2015 – DD vs FRA

(Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal de la FRA - Membru tal-persunal temporanju - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Appell intern - Akkużi ta’ diskriminazzjoni - Akkużi ta’ vittimizzazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2000/43 - Investigazzjoni amministrattiva - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Twissija - Artikoli 2, 3 u 11 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Xoljiment tal-kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Dritt għal smigħ - Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea))

(2015/C 381/87)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DD (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. Kjaerum, aġent, P. Jenkinson, avukat)

Suġġett tal-kawża

Kawża F-106/13: It-talba għall-anullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA li timponi sanzjoni dixxiplinari fil-forma ta’ twissija lir-rikorrent.

Kawża F-25/14: It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħħa l-kuntratt tar-rikorrent ġie mitmum kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu u t-talba għad-danni għad-dannu materjali u morali subit.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-20 ta’ Frar 2013 li permezz tagħha d-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali impona twissija fuq DD hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tat-13 ta’ Ġunju 2013 li permezz tagħha d-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali xolja l-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ DD hija annullata.

3)

Il-kumplament tar-rikorsi fil-Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14 huma miċħuda.

4)

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn DD.


(1)  ĠU C 45 tal-15.2.14., p. 46ĠU 184 tas-16.6.2014., p. 43.


Top